Flowserve Selfacting pressure regulator User Manual

Page 152

Advertising
background image

5

Jekk il-valv ikun ikkonnetjat mal-pajping:
• F’każ li t-temperatura tal-likwidi waqt it-tħaddim tibqa’

taħt il-

100 °C, il–ventilazzjoni tgħaddi permezz tal-vent ta’ fuq. Fil-

każ ta’ stim u gassijiet il-valv ta’ l-overflow ikun lest għall-użu

wara li jsir it-tqabbid kollu.

• F’każ li t-temperatura

taqbeż il-100 °C waqt it-tħaddim għandu

jinfetaħ il-vent laterali fid-drive fil-kontenitur prinċipali sakemm

l-ilma jimtela’ hemm mingħajr bżieżaq ta’ l-arja. Agħlaq il-vit

tal-vent u imla sa 35mm taħt ix-xifer. Wara li tagħlaq it-tap,

il-valv ta’ l-overflow ikun lest biex jintuża.

• Il–parametri jiżdiedu kontinwament waqt it-tħaddim.

Jekk il-valv tal-kontroll jiġi mwaqqaf meta jkun hemm pressjoni waqt li l-apparat

ikun imħaddem, it–temperatura tista’ twassal għal qsim!

• Wara li l-apparat jiġi mħaddem għall–ewwel darba – mingħajr

ma jkun hemm pressjoni fuqu, u wara li jkun bired, jekk ikun

hemm bżonn, wieħed għandu jissikka l-boltijiet li jgħaqqdu

l-unitajiet.

Jekk issir ħsara lill–wiċċ tal–magħżel, tiġi affetwata l-funzjoni!

• Volumi u vibrazzjonijiet eċċessivi għandhom jiġu evitati waqt

il-funzjoni ta’ operazzjoni kritika.

Li tħaddem il-valvi tal-kontroll kontinwament taħt kundizzjonijiet kritiċi jistgħu

jwasslu għal ħsarat, peress li dawn mhumiex attrezzati għaliha!

• L-unitajiet ma għandhomx jiġu mixgħula u mitfija

kontinwament.

Jekk is-swiċċijiet jiġu mixgħula u mitfija kontinwament, issir ħsara fuq il-valvijiet

tal-kontroll!

• Wieħed għandu jevita li jkun hemm bċejjeċ ta’ materjal fil-

mezzi / strumenti ta’ l-operat.

Bċejjeċ ta’ materjal jistgħu jagħmlu ħsara lill–valvijiet tal-kontroll, u din tista’ tiġi

evitata billi wieħed jinstalla splash guard!

• L-arja kkompressata għandha tkun imnaddfa/ħielsa minn kull

solidu, żjut jew fwar.

Arja kkompressata kkontaminata tista’ twassal biex tagħmel ħsara jew teqred l-

aċċessorji u l-valv innifsu!

Il-garanzija tal-fabbrikant ma tibqax valida, kemm-il darba jsiru ħsarat fuq il-valvijiet

tal-kontroll u l-aċċessorji u fil-każ li jseħħu xi korrimenti minħabba nuqqas ta’

attenzjoni għal dawn l-avviżi. Dan japplika wkoll fil-każ ta’ ħsarat waqt it-trasport, kif

ukoll fil-każ ta’ użu ta’ slielem (eċċ. mhux adekwati)!

MT

Advertising