171 m – Bondioli&Pavesi 399CEE010_E User Manual

Page 171

Advertising
background image

171

M

LUBRIKAZZJONI

Dejjem ilbes apparat ta’ sigurtà adattat meta tkun qiegħed tagħmel kwalunkwe

xogħol ta’ manutenzjoni jew ta’ tiswija.
LUBRIKAZZJONI TAL-ĠOG UNIVERSALI

Dawwar il-pjanċa li tipproteġi l-magna sat-toqba ta’ aċċess. Agħmel il-

lubrikazzjoni, u agħlaq it-toqba billi ddawwar il-pjanċa li tipproteġi l-magna.

LUBRIKAZZJONI TAL-ĠOG 650 CV

Dawwar il-qoxra biex turi l-armatura tal-griż u injettja l-griż.
LUBRIKAZZJONI TAT-TUBI TELESKOPIĊI

Jekk ma jkunx provdut tgħammir tal-griż, issepara ż-żewġ nofsijiet ta’ l-apparat

għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju, u llubrika b’mod manwali t-tubi teleskopiċi.

Iċċekkja li l-partijiet kollha ikunu f’kondizzjoni tajba u llubbrikati tajjeb qabel ma’ tuża

l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Naddaf u llubbrika mill-ġdid l-

apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju qabel il-ħażna fl-aħħar tas-staġun.

Iċċekkja li l-komponenti kollha huma f’kundizzjoni tajba u llubrikati kif suppost

qabel ma tuża t-trasmissjoni. Naddaf u illubrika mill-ġdid it-trasmissjoni qabel

ma taħżen it-tagħmir fl-aħħar ta’ l-istaġun. Illubrika l-partijiet skond id-dijagramma;

l-intervalli tal-lubrikazzjoni huma mogħtija f’sigħat.

Illubrika l-ġog CV 70° tat-tip 650 kull 8 sigħat. L-intervall tal-lubrikazzjoni għall-

partijiet l-oħrajn tat-trasmissjoni hu ta’ 50 siegħa.

Ippompja l-griż fis-slaleb sakemm jibda ħiereġ mill-għotjien tal-berings.

Injetta l-griż b’mod gradwali u evita li tippompja l-gun tal-griż bis-saħħa li jirriżulta fi

pressjoni għolja tal-kunsinna.

Uża griż NLGI ta’ grad 2. Qabel taħżen it-tagħmir fl-aħħar ta’ l-istaġun, neħħi kwalunkwe

griż li jkun inġabar ġol-protezzjoni tal-ġog CV.

Biddel partijiet mikula jew bil-ħsara b’partijiet li jistgħu jinbidlu ma’ oħrajn

ġenwini tal-Bondioli & Pavesi. La tbiddilx jew la tbagħbasx ma’ kwalunkwe parti

ta’ l-apparat għat-trasmissjoni tal-forza f’makkinarju. Għal kwalunkwe tħaddim mhux

spjegat f’dan il-manwal ta’ l-istruzzjoni, ikkonsulta in-negozjant ta’ l-implementazzjoni

tiegħek jew il-persuna li jimmanifattura, jew ir-rappreżentant lokali tiegħek tal-Bondioli

& Pavesi.
ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-

DAWRAN U KLAĊĊ LI JDUR AKTAR MINN NORMAL

RA - IL-KLAĊĊ LI JKUN QIEGĦED IDUR B’VELOĊITÀ AKBAR MINN MAGNA.

Dan l-istrument jevita t-trasmissjoni ta’ tagħbijiet inerzjali mill-istrument mat-

trekter matul it-tnaqqis fil-veloċità jew il-waqfien tal-PTO.

Żomm il-bogħod mill-implement sakemm il-partijiet kollha jkunu waqfu jiċċaqalqu.

Illubbrika kull 50 siegħa ta’ użu u wara ħażna.

ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-

DAWRAN TAR- ROTA BIS-SNIEN SA - LN

Dan l-istrument jintterompi t-trasmissjoni ta’ l-enerġija meta l-momentum ta’ sistema

ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jaqbeż l-arranġament.

Ħoll immedjatament il-PTO meta tisma ċekċik tar-rota bis-snien.

Illubbrika kull 50 siegħa ta’ użu u wara ħażna.

ĦAĠA LI TILLIMITA L-MOMENTUM TA’ SISTEMA TA’ FORZI LI JIPPRODUĊU D-

DAWRAN TAL-VIT B’RAS U KAMIN GĦAL SKORFINA SABIEX JORBOT XI SAFFI

LI JIRKBU FUQ XULXIN LB

Dan l-istrument jinterompi t-trasmissjoni ta’ l-enerġija billi jaqta’ vit b’ras u kamin

għall-iskorfina meta l-momentum ta’ sistema ta’ forzi li jipproduċu d-dawran jaqbeż

l-arranġament.

Biddel il-vit b‘ras u kamin għall-iskorfina mkisser bl-istess dijametru, tul u grad ta‘

l-oriġinali.

Illubbrika il-ħwejjeġ li jillimitaw b’tagħmir tal-griż ta’ l-inqas darba kull staġun u wara

perjodu fejn ma kienux qed jintużaw.

37

38

39

40

41

34

35
36

33

Advertising