Tħaddim ta’ apparat – Flowserve IOM Control Valves User Manual

Page 150

Advertising
background image

150

MT

2. Tħaddim ta’ apparat

Jistgħu jinħolqu il–perikli li ġejjin mill–mezzi u mill-valvijiet:

• Kundizzjonijiet kritiċi ta’ operazzjoni jistgħu jikkawżaw ħsejjes

u vibrazzjonijiet mhux aċċettabli.

Ħsara lis–sens tas–smiegħ, distrubi fis–sistema nervuża, u ħsara fil-għadam!

• Jekk ma ssirx manutenzjoni xierqa – jista’ jkun hemm

emissjoni termali, kiroġenika u tossika.

Periklu ta’ ipotermja, ħruq u vvelenar!

• Jekk it–temperatura tal–mezzi ta’ tħaddim tkun ogħla minn

ġol-valvijiet.

Periklu ta’ ipotermja, nar u splużjoni!

Minħabba li l-periklu jista’ jkun fiż-żona ta’ l–operatur, għandhom

jiġu mħarsa il–kunsiderazzjonijiet kollha skond ir–regoli

nazzjonali u internazzjonali. Ir–regoli ta’ prevenzjoni għandhom

jiġu mħarsa.

Minħabba l–periklu wieħed ma għandux jitħalla jidħol

bejn il–pilastri/ madmad waqt li l–apparat ikun qed jiġi

mħaddem!

Jekk dawn il–perikli msemmija jiġu evitati bil–mezzi meħtieġa,

il– valvijiet jiġu mdaħħlin u mqabbdin fil–pajpijiet. Wieħed irid

jikkunsidra:

• Twaħħil tal-flanġi:

Il–materjal ta’ twaħħil / (plakek, viti, skorfini, waxers) mhumiex

provduti!

Il–flanġi għandhom ikunu ċċentrati, diskrepanzi jwasslu għal nixxiegħa u bħala

riżultat ikun hemm żieda fil–volum tal-ħsejjes!

Jekk il–pajpijiet li jkunu diġà nstallati jiġu mnaddfa permezz ta’ l-arja jew maħsulin,

il-valv tal-kontroll għandu jiġi mibdul!

• Issaldjar ta’ ġonot:

L–issaldjar għandu jsir skond il–linji tekniċi ta’ gwida ta’

l–issaldjar.

Wara l–issaldjar, il–pajpijiet għandhom jiġu mnaddfa. Il–valvijiet ta’ kontroll

għandhom jinfetħu u jekk ikun hemm xi bċejjeċ, dawn għandhom jitneħħew. Jekk

il–valv jinfetaħ il–fabbrikant għandu jiġi mgħarraf!

Advertising